Lokali

Tfittxija għal ħalliel li seraq minn ħanut f’Santa Venera

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għall-allegat ħalliel wara li kien hemm rapport ta’ serqa minn ħanut f’Santa Venera.

Is-serqa seħħet is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tas-7:00 fi Triq il-Kanun.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret jidher li persuna, allegatament armata
b’sikkina, daħlet fil-ħanut u talbet il-flus lill-kaxxier. Il-persuna ħarbet mill-post wara li serqet ammont ta’ flus kontanti.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farruġia Frendo li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.