Analiżi miġbura minn Joe Calleja
Waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet mill-ġurnalsiti dwar €120,000 li tħallas komiku Ingliż għal sagħtejn u nofs ‘xogħol waqt il-Malta Film Awards, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo lbieraħ iddikjara li qabel tela’ l-Labour l-industrija tal-films kienet “fl-abbiss”!
Minbarra kritiku tal-films ta’ In-Nazzjon għal dawn l-aħħar 50 sena, jien kont ukoll direttur fil-Malta Film Studios meta Bartolo kien għadu lanqas biss twieled. Għalhekk infakkar li l-industrija tal-films ma twelditx meta l-Partit Laburista tela’ fil-gvern, jew meta Bartolo laħaq Ministru.
Barra minn hekk kien fi żmien Gvern Nazzjonalista tal-mibki Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier li fl-1963 inbena l-ewwel tank fir-Rinella ħalli setgħu jinġibdu xeni fuq il-baħar u li tkabbar fl-1979, bis-solitu Labour jiddieħku bih u qalu li “tgħid mhux se nsiru Hollywood!”
Kien fi żmien Gvern Nazzjonalista wkoll fis-sena 2000 li twaqqfet il-Malta Film Commission, li din is-sena, biex forsi jnessu dan, u jġiegħlu lil min jaħseb li anki hawn “ix-xemx telgħet taħt il-Labour fl-2013”, bidlulha l-isem għal ‘Screen Malta’.
Għall-benefiċċju ta’ min ma jafx jew min forsi nesa, hawn taħt qed inġib il-lista sħiħa tal-kważi 40 film li nħadmu f’Malta fi kważi 60 sena (1954-2012), jiġifieri QABEL tela’ fil-gvern il-partit tal-Ministru Clayton Bartolo:
1926: Sons of the Sea; 1954: They Who Dare; 1963: Treasure in Malta; 1969: Eyewitness; Can Heironymus Merkin Ever Forget Mercy Humppe and Find True Happiness? 1970: Hell Boats; 1971: Zeppelin; 1972: Pulp; 1973: The Mackintosh Man; 1975: Children of Rage; 1976: Shout at the Devil; 1977: The Spy Who Loved Me; Swept Away; Orca; 1978: Force 10 from Navarone; The Midnight Express; 1980: Popeye; Raise the Titanic; 1981: Inseminoid; 1983: Never Say Never Again; Trenchcoat; 1986: Death is a Woman; Pirates; 1988: Black Eagle; 1993: Voyage’; 1995: Cutthroat Island; 1999: Jesus; 2001: Revelation; 2002: Pinocchio; The Count of Monte Cristo; 2003: Julius Caesar (miniserje); 2004: Troy; 2005: Munich; 2006: Not Without Hope; The Da Vinci Code; 2008: Terra Nova; 2009: Agora; 2010: Vinnaithaandi Varuvaayaa; 2011: The Devil’s Double; 2012: Kon-Tik; Die Männer der Emden.
//= $special ?>