Tal-inqas 64 persuna inqatlu f’Papua New Guniea, b’tiri ta’ arma tan-nar wara li nqala’ argument tribali fil-provinċja ta’ Enga.
Kelliem tal-Pulizija qal li f’din il-provinċja ta’ spiss jinqalgħu argumenti li jwasslu għal vjolenza madanakollu dan huwa l-agħar attakk li qatt raw. Dan hekk kif riċentament numru kbir ta’ armi illegali li nkisbu mir-residenti għamlu attakki simili bħal dawn aktar possibli.
F’Lulju li għadda l-Pulizija kienu introduċew għadd ta’ restrizzjonijiet biex jikkontrollaw il-ġlied bejn it-tribujiet, li fil-maġġoranza tagħhom huma dwar id-distibuzzjoni tal-art u l-ġid tal-pajjiż.
L-affarijiet komplew jeskalaw tant li f’Jannar il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza wara li attakk bejn it-tribujiet ħalla 15-il persuna mejta.
Intant l-Awstralja li huwa l-iktar pajjiż viċin ta’ Papa New Guinea qal li ser ikun qed jagħti l-appoġġ tiegħu lil dan il-pajjiż speċjalment permezz ta’ stħarriġ lill-Pulizija u lill-Membri tas-Sigurta.
//= $special ?>