Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa’pprova jwaqqaf il-proċeduri ta’ Repubblika kontrih dwar il-Bank Pilatus. Minkejja dan il-Qorti ma waqatx għall-manuvri tiegħu u qgħatatha kontrih. Bid-deċiżjoni tal-Qorti Gafà tilef battalja importanti.
Dan kollu seħħ f’dak li Repubblika qed tqis bħala t-tieni rebħa tal-jum għal ħaqq u dan wara li quddiem l-Imħallef Doreen Clarke, Joseph Muscat ma laqgħetx it-tentattiv ta’ Joseph Muscat li jkun inkluż punt ġdid fl-oġġezzjonijiet legali tiegħu għal inkjesta li qed jiffaċċja.
Fix-xhieda quddiem il-Maġistrat Nadine Sant miftuħa mis-soċjetà ċivili Repubblika kontra l-Kummissarju tal-Pulizija fejn il-Qorti qed tigi mitluba tordna ‘l Kummissarju tal-Pulizija biex iressaq ‘l Qorti lil seba’ allegati kriminali involuti fil-Pilatus Bank, il-Kummissarju għamel minn kollox biex iwaqqaf dawn il-proċeduri.
F’seduta ta’ kwazi tliet sigħat it-Tnejn minn dak li ħareġ fil-Qorti kien hemm konferma li l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija riedu li akkost ta’ kollox l-barranin li kienu responsabbli mill-Pilatus Bank, fosthom Ali Sadr u Antoniella Gauci ma jitressqux ‘l Qorti fuq diversi allegati delitti.
Dan kollu minkejja ordni ta’ Maġistrat wara tliet snin ta’ inkjesta li swiet lill-kaxxa ta’ Malta €11-il-miljun. Jidher minn dakl li ħareġ li tant kemm riedu jaħfrulhom fil-Qorti ħareġ li sa tmien xhur wara li t-tliet Spetturi tal-FCID talbu l-ħrug ta’ International Arrest Warrants u European Arrest Warrants lill-istess Maġistrat, Malta kienet għadha ma bagħtitx dawn it-talbiet għall-arresti tagħhom barra minn Malta
Irriżulta wkoll li minkejja li l-Magistrat kien iffirma dakinhar stess fl-24 ta’ Frar 2021 l-ordni biex jinħargu l-International Arrest Warrants u l-European Arrest Warrants, il-Pulizija u l-AĠ żammewhom fil-kexxun sa tmien xhur wara biex jaċċertaw ruħhom li min kellu jkun arrestat, fosthom Ali Sadr u Mehmet Tasli jilħqu jaħarbu mill-Ewropa;
Spettur li kien involut fl-Inkjesta tal-Pilatus Bank ammetta li kien sar jaf li Mehmet Tasli kien fil-fatt f’Malta fl-2021 u ħadd ma kien qallu, u dan meta kien talab l-arrest tiegħu fi Frar 2021. Fil-każ, ebda Spettur mibgħut mill-Kummissarju tal-Pulizija ma kien kapaċi jwieġeb id-domanda dwar għaliex kien hemm tant għaġġla mill-AĠ u mill-Kummissarju stess biex Mehmet Tasli u Antoniella Gauci tinħargilhom maħfra f’Awwissu 2021.
Minkejja li kienu għadhom qed jinvestigawhom u minkejja li ammettew li qabel ma kien hemm persuna fil-passat li tinħarġilha maħfra, propju waqt li tkun għadha qed tiġi nvestiagata. Il-President tal-NGO Repubblika wara s-seduta qal li huwa ċar li b’dan il-mod il-Kummissarju qed ikompli jgħin lill-kriminali jaħarbu l-ħabs. b’mod kodard u irresponsabbli
“F’dan il-punt nagħmillu sfida: Sur Kummissarju, tibgħatx aktar rappreżentanti tiegħek jiddefendu d-deċiżjonijiet indifensibbli tiegħek. Assumi r-responsabbilita’ ta’ għemilek. Ejja inti fil-Qorti biex tiddefendi lilek innifsek” .
Minkejja li ilhom minn Marzu tal-2021 iffirmati mill-Maġistrat Ian Farrugia, il-mandati ta’ arrest internazzjonali kontra s-sidien u uffiċjali għolja tal-Pilatus Bank baqgħu ma nħarġux. Dawn kienu ffirmati ftit ġimgħat biss wara li ntemmet l-inkjesta li swiet lill-pajjiż €7.5 miljun u li investigat allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus mill-istess bank.
Apparti s-sid, Ali Sadr Hasheminejad, Repubblika fakkret li l-inkjesta ssemmi lil dawn il-persuni: Mehmet Tasli, li kien Operations Supervisor tal-Bank Pilatus; Rivera Luis Felipe li kien direttur u segretarju tal-bord tal-bank; Ghambari Hamidreza, direttur ieħor tal-Pilatus; Ali Sadr Hasheminejad u Antoniella Gauci li kienet iċ-Chief Risk Officer tal-bank Pilatus.
B’reazzjoni għal dak żvelat mill-midja, il-President tal-organizzazzjoni Repubblika, Robert Aquilina, kemm il-darba saħaq li dan ifisser biss li l-mandati ta’ arrest tħallew “f’xi xkaffa jew f’xi kexxun ta’ skrivanija fid-Depot jew fl-FCID.” Hu fakkar li l-akkużi li għandhom jiffaċċjaw dawn il-persuni “mhumiex akkużi taċ-ċajt.”
Il-Maġistrat irrakkomanda li kontra dawn in-nies jittieħdu passi kriminali b’rabta mal-liġijiet dwar il-ħasil tal-flus. l-Avukat Jason Azzopardi qed jidher għal NGO Repubblika.