Lokali

“Il-paga ta’ Johann Grech ta’ €150,000 fis-sena hi daqs sitt pagi medji tal-Maltin”

“Ħnieżer mill-kbar.”
“Għall-marid u għall-għalliema m’għandux flus.”
“U aħna nieħdu l-laqx”

Kienu dawn uħud mill-kummenti tan-neis wara li sar magħruf li l-Gvern Laburista żied il-paga ta’ Johann Grech fil-kariga ta’ Kummissarju tal-Films għal €150,000 fis-sena; kważi tliet darbiet iktar minn kemm jaqla’ Prim Ministru. Li f’kelma oħra tfisser li kważi paga ta’ sena għax-xogħol ta’ tbatija li wieħed jagħmel b’minimum wage, Johann Grech se jkun qed jaqlagħha f’xahar wieħed biss.

B’persuna tirrimarka li din il-paga hi medja ta’ kemm sitt ħaddiema Maltin f’daqqa jieħdu fuq sena.

Dan hu l-istess Kummissarju tal-Films li qed ikun investigat mill-Awditur Ġenerali għan-nefqa tal-Malta Film Commission fuq skema ta’ cashback ta’ 40% wara talba li saret mill-Partit Nazzjonalista.

Din l-aħbar quddiem l-inkwiet tal-poplu Malti u Għawdxi li ma jafx kif se jaqbad jgħajjex lill-familja tiegħu għaliex il-paga bilkemm qed isservih sal-aħħar tax-xahar meta tikkunsidra l-għoli tal-ħajja li iktar ma jmur iktar qed tiżdied.

Stħarriġ riċenti li sar mill-MaltaToday juri kemm it-tħassib tan-nies dejjem qed jiżdied, b’60% jemmnu li l-pajjiż qed jitmexxa fid-direzzjoni l-ħażina. Iżda quddiem ċifri ċari, il-Gvern Laburista u membri qrib tiegħu qed jibqgħu jaħtfu kemm jifilħu.