Raġel ta’ 32 sena sofra ġrieħi gravi wara ħabta li seħħet bejn karozza u trakk għall-ħabta tas-2:30 pm fi Triq il-Wied, iż-Żurrieq.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa mir-raġel residenti ż-Żurrieq u trakk misjuq minn raġel ta’ 22 sena residenti r-Rabat.
Is-sewwieq tal-karozza ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fil-post sabiex jassistu.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>