L-Air Malta qed tavża lill-passiġġieri kollha li kienu se jtiru minn jew lejn Munich għada li t-titjiriet kollha għal din id-destinazzjoni kellhom jiġu mħassru minħabba strajk minn Verdi Union.
It-titjiriet li tħassru huma KM306, KM307, KM 308, u KM309, liema titjirit kienu skedati għall-20 ta’ Frar.
Il-ħaddiema tal-Lufthansa li jiffurmaw parti minn Verdi Union qed jitolbu żieda fil-paga u b’riżultat għal dan il-union sejħet azzjoni industrijali li se tkun qed tibda t-Tlieta fl-4 am u tiġi fi tmiemha l-Erbgħa fis-7:10 am.
L-ajurporti affetwati huma Frankfurt, Munick, Hamburg, Berlin, Duesseldorg, Cologne u Stuttgart.
//= $special ?>