Eroj ta’ żmiena.
Hekk iddiskriva lil Alexei Navalny, il-President tal-għaqda Repubblika waqt protesta li saret tlett ijiem wara li tħabret il-mewt ta’ Navalny, hekk kif għamel ukoll konessjoni bejn il-qtil ta’ Navalny u dak tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li ukoll ppruvaw isiktuha biex ma tkomplix tikxef il-korruzjoni.
Numru sabiħ ta’ persuni inġabru quddiem l-ambaxxatara Russa f’ San Ġwann, it-Tnejn filgħaxija sabiex flimkien ma’ persuni u organizzazzjonijiet oħra madwar id-dinja jagħtu tislima lil Alexei Navalny u juru sens ta’ stmerrija lejn dan ‘il-qtil politiku’.
Dawk preżenti iltaqgħu ukol biex juru l-appoġġ u s-solidarjeta mal-familja ta’ Navalny u ċ-ċittadini Russi li qed jiġġieldu għad-demokrazija. Waqt din il-protesta dawk preżenti ġabu magħhom ritratti ta’ Navalny kif ukoll xi fjuri u xemgħat biex verament jagħtu tislima xierqa lil Navalny. Waqt li oħrajn kellhom ukoll kartelluni b’messaġġi differenti kemm favur id-demokrazija kif ukoll kontra Putin.
Intant f’diskors tal-okkażjoni l-President tal-għaqda Repubblika, Robert Aquilina qal li Navalny inqatel wara snin sħaħ jiġi ippersegwitat mir-reġim ta’ Putin, sempliċiment għax kien il-Mexxej ewlieni tal-oppożizzjoni fir-Russja.
Aquilina spjega li erba’ snin ilu Putin prova jivvelena lil Navalny u meta dan irnexxilu jaħrab il-mewt bil-kura li rċieva fi klinika fil-Ġermanja flok baqa hemm, reġa rritorna lejn ir-Russja sabiex ikompli jaħdem favur id-demokrazija.
Xahar biss wara, Putin jibgħat lil Navalny il-ħabs, fuq akkużi aktarx fabrikati mill-Kremlin stess u fl-2022 jerġa’ jingħata 9 snin priġunerija u tlett ijiem fis-16 ta’ Frar l-awtoritajiet tal-ħabs iħabbru li Navalny kien miet.
Preżenti għal din l-attività kien hemm ix-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Beppe Fenech Adami, is-Segretarju Internazzjonali tal-PN Beppe Galea kif ukoll il-kandidat għall-MEPs David Agius.
//= $special ?>