Internazzjonali

‘Oppenheimer’ jiddomina il-BAFTA Awards

Irish actor Cillian Murphy poses with the award for Best leading actor for his role in "Oppenheimer" during the BAFTA British Academy Film Awards ceremony at the Royal Festival Hall, Southbank Centre, in London, on February 18, 2024. (Photo by JUSTIN TALLIS / AFP)

Il-film ‘Oppenheimer’ rebaħ xejn inqas minn seba’ unuri fil-BAFTA Awards ta’ din is-sena hekk kif iddomina is-serata – b’unur fost l-oħrajn għall-Aqwa Attur, Cillian Murphy.

Il-film ‘Poor Things’ rebaħ 5 awards,  waqt li l-film Barbie ma rebaħ xejn.

Robert Downey Jr rebaħ l-unur ta’ attur fi rwol sekondarju għall-parti li interpreta fil-film ‘Oppenheimer’ waqt li Christopher Nolan ingħata l-unur tal-aqwa direttur għal dan l-istess film – li tefa’ dawl fuq il-ħajja tax-xjentists Robert Oppenheimer li ħoloq il-bomba atomika.

Il-film ‘Oppenheimer’ rebaħ ukoll l-iktar unur prstiġjuż tas-serata, dak tal-aqwa film – award preżentat minn Micheal J Fox li b’sorpriża preżenta dan l-unur minkejja li ilu aktar minn 30 sena jbagħti bil-kundizzjoni tal-Parkinson’s.

Il-film ‘Poor Things’ fost il-ħames unuri li rebaħ ra lil Emma Stone tirċievi l-award tal-aqwa attriċi.

US actress Emma Stone poses with the award for Best leading actress for her role in “Poor Things” during the BAFTA British Academy Film Awards ceremony at the Royal Festival Hall, Southbank Centre, in London, on February 18, 2024. (Photo by JUSTIN TALLIS / AFP)

Waqt li l-film ‘The Zone of Interest’ rebah 3 unuri u ‘The Holdovers’ rebaħ żewġ unuri fosthom l-unur tal-aqwa attriċi f’parti sekondarja, li ngħata lil Da’ Vine Joy Randolph.

Intant, din kienet it-tieni sena konsekuttv li  ma ingħatax unur lil persuna Brittanika fil-kategorija tar-reċtar minkejja li dawn huma l-unuri Brittaniċi tal-Film u l-Arti Televiżiva.

Minn naħa l-oħra l-aqwa unur għal film Britaniku ingħata lil produzzjoni ‘The Zone of Interest’ li jitratta l-istorja ta’ kmandant tal-gwerra li kien jgħix viċin Auscwitz fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Din is-serata bla dubju ta’ xejn kienet ta’ dizappunt għal dawk kollha involuti fil-produzzjoni tal-film Barbie hekk kif minkjejja li ‘Barbie’ kien l-iktar film ta’ suċċess fil-box office u minkejja li kellu ħames nominazzjonijiet il-film ma rebaħ l-ebda unuri.

‘Killers of the Flower Moon’, ‘Maestro’, ‘All of Us  Stranger’ u ‘Saltburn’ ukoll kienu fost il-films li kellhom numru ta’ nominazzjonijiet u li ma rebħu xejn.

Preżenti għal din is-serata kien hemm ukoll il-Prinċep William li għamel l-ewwel dehra pubblika tiegħu minn mindu l-mara tiegħu Kate ġiet operata.