Lokali

Tfajla ta’ 17-il sena tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Tfajla ta’ 17 il-sena sofriet ġrieħi gravi wara li kienet rikba f’karozza li ħabtet ma’ karozza oħra li kienet ipparkjata fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar.

Il-Każ seħħ ilbierah għall-ħabta tat-20:30 meta għal xi raġuni żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti Ħaż-Żabbar kien qiegħed isuq Mazda Demio, tilef il-kontroll u ħabat ma’ Peugeot 206 li kienet ipparkjata.

Flimkien maż-żagħżugħ kien hemm ukoll żewġ tfajliet u ġuvni, kollha għandhom 17-il sena u
residenti l-Marsa, Raħal Ġdid u Ħaż-Żabbar rispettivament.

Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u tfajla minnhom ittieħdet l-Isptar
Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.