Bulgaru ta’ 37 sena u residenti San Pawl il-Baħar sofra minn ġrieħi gravi wara li seħħet ħabta bejn mutur u karozza għall-ħabta tad-8:45 am fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti Ħad-Dingli, u mutur misjuq mill-Bulgaru.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>