Internazzjonali

Ultimatum sa Marzu biex il-Hamas jirrilaxxaw l-ostaġġi jew Iżrael jattakka Rafah

Ritratt: AP News

Benny Grantz f’isem il-kabinett ta’ Izrael avża lill-Hamas li jekk mhux se jirrilaxxaw lill-ostaġġi kollha sal-10 ta’ Marzu, Iżrael se jattakk lil Rafah.

Minkejja li bosta pajjiżi minn madwar id-dinja ikkundanaw l-attakki fuq Rafah, din hija l-ewwel darba li Iżrael ta data ċara ta’ meta se jkun qed jattakka din il-belt li fiha hemm madwar 1.5 miljun Palestinjan.

Intant aktar kmieni l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li l-isptar ta’ Nasser, fil-Medda ta’Gaza mgħadux jiffunzjona bħala faċilità medika wara rejd ieħor qalil tal-qawwiet Iżraeljani.