Lokali Parlament

Anton Refalo qal li l-pulizija ma bagħtux għalih dwar il-ġebla storika fid-dar tiegħu


Il-Ministru Anton Refalo ddikjara fil-parlament li l-pulizija għadhom ma bagħtux għalih biex jinvestigawh dwar kif il-ġebla storika ta’ żmien l-Ingliżi instabet ħdejn il-pool tad-dar tiegħu.


Din il-ġebla storika kienet fiċ-ċentru ta’ kontroversja wara li b’kumbinazzjoni kienet inqabdet f’ritratt li ttieħed ħdejn il-pool tad-dar tal-Ministru Refalo. Kieku ma kienx għal dan ir-ritratt, ħadd ma kien ikun jaf li din il-ġebla spiċċat fid-dar tal-Ministru Refalo.


Minkejja diversi mistoqsijiet li kien ikkonfrontat bihom mill-ġurnalisti wara li kien żvelat dan il-każ, il-Ministru Refalo dejjem irrifjuta li jagħti dettalji dwar kif din il-ġebla storika spiċċat fid-dar tiegħu.


Meta kien qed iwġeb mistqosija parlametnari tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, il-Ministru Refalo llum kkonferma li l-pulizija ma bagħtux għalih dwar dan il-każ.