Wara li l-membri tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) taw kull opportunità u żmien biżżejjed biex il-membri tal-Gvern iressqu u jipproponu isem ta’ xhud fir-rigward tal-investigazzjoni miftuħa quddiem il-PAC, dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-għotja ta’ kuntratti mill-Enemalta lill-konsorzju Electrogas, sal-lum, il-Gvern għadu ma ressaq l-ebda isem jew wera l-ebda ħjiel ta’ interess.
Dan intqal fi stqarrija mid-deputati tal-PN Darren Carabott, Graham Bencini u Claudette Buttigieg.
Il-Partit Nazzjonalista sostna li fil-laqgħat miżmuma fit-30 ta’ Jannar 2024 u fis-6 ta’ Frar 2024, il-membri tal-Gvern intrabtu li jipproponu l-isem li jmiss biex jixhed f’din l-investigazzjoni li qed issir fuq inizjattiva u b’għażla tal-Oppożizzjoni. Madankollu, sal-lum u minkejja li obbligaw ruħhom għal darbtejn f’żewġ laqgħat separati, għadhom ma taw l-ebda isem. Saħansitra, l-istaff tal-parlament ġibed l-attenzjoni tad-deputati tal-Gvern li kienu ntrabtu li jagħtu isem u li naqsu milli jagħmlu dan fiż-żmien miftiehem waqt il-laqgħat.
Għalhekk, fid-dawl ta’ dan kollu, il-membri tal-Oppożizzjoni qed iqisu li l-gvern m’għandu l-ebda interess li jressaq aktar xhieda f’din l-investigazzjoni miftuħa. B’hekk, fil-laqgħa tal-lum se jkunu qed jitolbu li l-investigazzjoni dwar il-kuntratti lill-Electrogas tkun sospiża, pendenti t-talba ta’ xhud li jagħti x-xhieda tiegħu wara li jkunu konklużi u deċiżi l-proċeduri ġudizzjarji li għandu quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja.
Fil-laqgħa tal-lum ukoll, l-Oppożizzjoni se tkun qed tressaq it-talba biex jibda jkun diskuss rapport ġdid quddiem il-PAC; dak ippubblikat f’Diċembru li għadda, bit-titlu Report by the Auditor General on the Public Accounts 2022.
Il-Partit Nazzjonalista tratta eżempju ieħor ta’ nuqqas ta’ interess fil-PAC dwar l-uniku rapport li pproponew li jkun diskuss mill-membri tal-Gvern, fejn ir-rapport dwar il-faqar f’Malta ilu ma jittella’ quddiem il-PAC u jkun diskuss aktar minn sena u tmien xhur, propju mill-5 ta’ Lulju 2022. Dan minkejja d-diversi talbiet li saru mill-membri tal-Oppożizzjoni biex ikomplu bl-investigazzjoni.
Id-deputati Nazzjonalisti fil-PAC sostnew li dan kollu joħroġ id-differenza bejn il-ħidma li qed issir mill-Oppożizzjoni li tiskrutinja lill-Gvern, filwaqt li l-Gvern qed ikompli juri n-nuqqas ta’ interess tiegħu li jkollna l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna li jaħdmu kif suppost u kif inhu xieraq.
Fil-PAC tal-lum l-gvern ma ressaq l-ebda isem bħala xhud li jmiss dwar l-Electrogas u għalhekk l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni li fiha sostniet li s-suġġett tal-Electrogas ikun sospiż ħlief għal xhud li se jixhed wara li jintemmu l-proċeduri fil-qorti.
Għal din is-seduta l-gvern bidel il-membri tiegħu fil-Kumitat ħlief għad-Deputat Laburista Alex Muscat.
Iċ-Chairman Darren Carabott reġa’ talab lill-gvern biex iressaq l-isem tax-xhud li jmiss dwar l-Electrogas iżda d-Deputat Laburista Alex Muscat wieġeb li l-gvern se jgħaddi dan l-isem iktar tard u m’għadda l-ebda isem f’dak il-ħin.
Wara diskussjoni fil-Kumitat, Darren Carabott qal li l-Gvern se jkun ilu erba’ ġimgħat biex iressaq xhud ieħor dwar l-Electrogas. Darren Carabott qal li l-Oppożizzjoni trid tibda suġġett ieħor iżda l-gvern qed iwaqqafha.
Il-membri tal-gvern baqgħux m’għaddew isem ta’ xhud ieħor u qalu biss li sa tmiem il-laqgħa kienu se jgaddu dan l-isem.
F’dan l-istadju Darren Carabott qal li l-Kumitat se jagħti 20 minuta qabel tintemm il-laqgħa biex il-gvern jagħti l-isem tax-xhud li jmiss. Il-Kumitat kompla jiddiskuti r-rapport dwar l-obeżità.
Meta sar il-ħin, id-Deputat Laburista Alex Muscat qal li kien hemm ftehim fis-seħħ biex il-PAC jiddiskuti żewġ rapporti fl-istess ħin. Hu qal li l-gvern irid li s-suġġett li jmiss ikun il-faqar u mhux l-Electrogas.
Iċ-Chairperson Darren Carabott qal li fin-nuqqasijiet ta’ xhieda mill-gvern, l-Oppożizzjoni għandha tibda rapport ieħor iżda l-gvern qed joġġezzjona. Hu qal li kien il-gvern innifsu li kiser dan il-ftehim u sostna li l-gvern irid li jibqa’ jtella’ biss ix-xhieda tiegħu dwar l-Electrogas. L-intenzjoni tal-gvern hu biss li jtellef lill-Oppożizzjoni milli tkompli tinvestiga, sostna Darren Carabott.
Id-Deputat Nazzjonalista David Agius sostna li ma jistax jifhem għaliex il-gvern qed joġġezzjona li l-Oppożizzjoni tressaq is-suġġett tagħha.
Id-Deputat Nazzjonalista Graham Bencini ppropona li l-ġimgħa d-dieħla jsiru żewġ laqgħat waħda dwar il-faqar u l-oħra dwar l-Electrogas u li jkunu pprovduti x-xhieda kollha minn qabel, kif kien ippropona l-gvern stess.
Il-gvern ma kienx favur li jsiru żewġ laqgħat il-ġimgħa d-dieħla għax qal li m’hemmx urġenza u qal biss li jrid jonora l-ftehim li hemm.
Dwar ix-xhieda għas-seduta li jmiss, Alex Muscat qal li l-gvern qed isejjaħ lill-Ministru Silvio Schembri dwar il-faqar. L-Oppożizzjoni m’oġġezzjonatx. Ix-xhud dwar l-Electrogas li jmiss speċifikat mill-gvern hu Alex Tranter li kien Chairman tal-Enemalta iżda ma kienx jaf meta Alex Tranter kien Chairman tal-Enemalta. Dwar il-lista tax-xhieda, Alex Muscat staqsa minn fejn joħroġ dan l-obbligu u indika li ma kienx se jidentifika l-lista atx-xhida.
Il-gvern oġġezzjona li l-Oppożizzjoni tressaq ir-rapport tal-Awditur Ġenerali bit-titlu Public Accounts 2022 għad-diskussjoni fil-PAC u fil-fatt ivvota kontra din id-diskussjoni.
Darren Carabott qal li l-Oppożizzjoni qed issostni li l-Electrogas hu sospiż ħlief għal xhud wieħed li għandu kawża l-Qorti. Iċ-Chairman Darren Carabott espriema d-diżappunt tal-Oppożizzjoni għall-atteġġjament tal-gvern u sostna li kien il-gvern li kiser il-ftehim li propju issa qed jinsisti fuqu. Hu spjega kif kien il-kumitat kollu kien qabel li dak il-ftehim ikun mibdul.
Darren Carabott qal li se jitlob ruling mill-Ispeaker dwar dan l-abbuż imwettaq mill-gvern.
Fis-sessjoni plenarja Darren Carabott qal li l-gvern abbuża billi jrid iwaqqaf lill-Opożizzjoni milli tiddiskuti apport ieħor tal-Awditur Ġenerali. Hu qal li l-membri tal-gvern ħadu vot u waqqfu milli dan isir u għamlu riferenza għall-mozzjoni li huma stess kisru meta kien il-gvern stess li ilu ma jtella’ r-rapport magħżul minnu dwar il-faqar minn Lulju 2022. Darren Carabott nsista li l-Ispeaker għandu jiddeċiedi dwar dan l-abbuż mill-membri tal-gvern fil-PAC.
Id-Deputat Laburista Alex Muscat qal li l-gvern ma jafdax lill-Oppożizzjoni u għalhekk għamel ftehim iżda llum l-Oppożizzjoni pprovat toħroġ minn dan il-ftehim.
//= $special ?>