Edukazzjoni Lokali

“Flok tgħinuna qed tkomplu tkissruna” – omm ta’ tifel bl-awtiżmu

Il-problema enormi ta’ nuqqas ta’ LSEs qed tkompli tinħass sew, tant li din il-kriżi qed taffewa direttament lit-tfal li għandhom bżonnijiet varji.

Każ partikolari huwa dak li ġie żvelat minn omm, illi qasmet fuq il-media soċjali l-esperjenza tagħha.

Din l-omm spjegat kif fl-iskola ta’ binha mhemmx replacement għal-LSEs. U allura, meta LSE tkun sick, it-tifel jispiċċa jitlef ġurnata skola – b’detriment fuqha u fuq binha.

“Wara kedda biex libbist l-uniformi lil ibni ta’ ħames snin bl-awtiżmu, lestejtlu lunch qabel ġurnata xogħol sa lejla – nasal l-iskola u jibgħatuna lejn id-dar għax l-LSE bis-sick u mgħandomx replacements.”

Evidenti r-rabja li kellha din l-omm għas-sitwazzjoni xejn sabiħa li qed jaffaċjaw dawn it-tfal fl-iskejjel, tant illi kritikat dawk li sejħet “sistemi falluti”.

“Hekk sewwa allura? Ibatu dejjem dawn it-tfal u aħna, flok tgħinuna tkomplu tkissruna”.