Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Gerch oġġezzjona fil-parlament għal kumment li għamel il-Ministru Anton Refalo li ddeskrieva lill-Imħallef Ian Spiteri Bailey bħala wieħed li mhumiex mal-gvern.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Ministru Refalo kien għamel dan il-kumment ikrah meta qal li l-Imaħllef Ian Spiteri Bailey mhux wieħed minn tagħhom (tal-Partit Laburista). Hu qal li l-Imħallfin kollha qiegħdin hemm biex jaqdu lill-pajjiż kollu u l-PN għandu fiduċja fihom kollha.
Il-Ministru Anton Refalo għamel dan il-kumment meta kien qed iwieġeb numru ta’ mistoqsijiet parlamentari fis-seduta tal-lum.
Wara l-point of order imressaq mill-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Ministru Refalo qal li dak li ried ifisser kien li l-Imħallef Spiteri Bailey ma kellux l-istess prinċipji bħal tal-Partit Laburista.