Il-bdiewa fil-Polonja organizzaw dimostrazzjonijiet ta’ protesta kontra l-importazzjoni tal-qmuħ mill-Ukrajna…Qmuħ li qed jimlewlhom is-suq u li qed jinbiegħu bi prezz aktar baxx minn tal-prodott lokali.
Il-protesti qed isiru wkoll dwar ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea li jirrelataw l-pestiċidji u l-użu ta’ fertilizzanti – bil-bdiewa jużaw it-tractors biex jimblukkaw it-toroq u z-zoni prinċipali fi kważi 200 lokalità fil-Polonja.
Dan ukoll waqt li l-bdiewa għalqu numru ta’ aċċessi mal-fruntiera tal-Ukrajna – bis-sewwieqa tat-trakkijiet Ukreni jinsistu li kellhom jirritaljaw bl-imblokk tas-sewwieqa Pollakki fi tliet aċċessi man-naħa tal-fruntiera kontrollata minn Kiev.
Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal li l-protesti tal-bdiewa Pollakki jissimbolizzaw ‘it-tnaqqir kontinwu tas-solidarjetà mal-Ukrajna’. Hu insista li l-protesti huma relatati mal-politika u mhux il-qmuħ u li ‘ħamsa fil-mija biss mill-esportazzjoni agrikola tal-Ukrajna qed tkun trasportata mill-fruntiera lejn il-Polonja.
//= $special ?>