Futbol Sport

Imut l-eks difensur tal-Ġermanja u Inter Andreas Brehme

(Ritratt: EPA)

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim Nazzjonali tal-Ġermanja u ta’ Inter fost oħrajn Andreas Brehme fl-età ta’ 63 sena.

Mis-86 darba li lagħab fit-tim Nazzjonali Germaniż li matulhom skorja tmien gowls, l-aktar wieħed importanti kien il-penalty skorjat fil-85 minuta kontra l-Argentina fil-finali tat-Tazza tad-Dinja fl-1990 fi Stadio Olimpico ta’ Ruma.

F’karriera li bdiet fi tmiem is-snin ’70, bejn l-1980 u l-1986 lagħab ma’ Saarbrucken u Kaiserslautern sa kemm fl-1986 kien trasferit ma’ Bayern Munich fejn rebaħ il-Kampjonat fl-1986/87.

Bejn l-1988 u l-1992 il-qofol kien fis-Serie A ma’ Inter bir-rebħ tal-Kampjonat fl-istaġun 1988/89, Super Coppa u UEFA Cup fl-1990-91.

Fl-1993 ingħaqad ma’ Zaragoza fi Spanja sabiex bejn l-1993 u l-1998 temm il-karriera ma’ Kaiserslautern fejn rebaħ il-Bundesliga fl-1997/98.

Fuq medda ta’ 20 sena bħala plejer professjonali lagħab 509 partiti li matulhom minkejja li kien difensur skorja 65 gowl. Huwa miet b-attakk tal-qalb.