Julian Assange, il-fundatur ta’ Wikileaks, qed jagħmel l-appell finali kontra l-estradizzjoni tiegħu mir-Renju Unit lejn l-Istati Uniti.
Il-proċess qed ikun trattat mill-Ogħla Qorti ta’ Londra u meta Assange, li ma preżentax ruħu l-qorti minħabba raġunijiet ta’ mard, ilu miżmum il-ħabs fl-Ingilterra mill-2019. Dan meta l-Istati Uniti qed tinsisti għall-estradizzjoni ta’ Assange wara li hu kien kixef id-dokumenti militari sigrieti tal-Amerikani fl-2020 u l-2011.
Fl-2021, l-Ogħla Qorti Britannika deċidiet li Assange għandu jintbagħat l-Istati Uniti u fejn ma aċċettatx l-appelli li Assange, li qed ibati bi problemi mentali, jista’ ineħħi ħajtu jekk kemm-il darba jispiċċa f’ħabs tal-Amerikani.
U sena wara, il-Qorti Suprema f’Londra konfermat din id-deċiżjoni, bl-eks Ministru Britanniku għall-Affarijiet Barranin, Priti Patel, ukoll tikkonferma d-direttiva għall-estradizzjoni ta’ Assange.
Is-smigħ attwali f’Londra qed jitratta l-appell ta’ Assange biex jitħalla jirrevedi d-deċiżjoni ta’ Patel filwaqt li jikkuntesta d-digriet tal-qorti tal-2021. Jekk l-appell ifalli, Assange ma jkollu l-ebda triq oħra ħlief jaċċetta l-fatt li jkun suġġett għall-aħħar fażi tal-proċess għall-estradizzjoni mir-Renju Unit.
Julian Assange qed jinsisti li l-każ kontra tiegħu hu motivat minn skop politiku – bl-avukati tiegħu qed jissuġġerixxu li kapaċi jressqu l-każ quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet Umani f’sitwazzjoni fejn hu jitlef ‘l-aħħar appell’.
//= $special ?>