Lokali Qorti

Konfermati 40 sena ħabs għal Jesper Kristiansen li ammetta il-qtil doppju ta’ Pandolfino u Maciejowski

Il-Qorti Kriminali laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni u d-difiża wara ftehim li sar bejniethom biex id-Daniż Jesper Kristiansen jiġi kkundannat 40 sena ħabs. Minkejja li sar patteġġament bejn il-partijiet il-Qorti mhijiex marbuta li toqgħod mal-ftehim.

Kristiansen huwa wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil doppju tat-tabib Christian Pandolfino ta’ 50 sena u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski ta’ 30 sena, Dan wara li fit-12 ta’ Frar li għadda ammetta l-kompliċità fil-qtil flok għadda ġuri ir-reati kontrih.

Dan wara li kien ippreżenta nota quddiem l-Imħallef Natasha Galea Sciberras, li kienet appuntata biex tisma’ l-ġuri tat-tliet irġiel akkużati bil-qtil. Kristiansen li llum għandu 33 sena u li kien ġie estradiet lejn Malta minn Spanja ftit xhur wara l-qtil ġie kundannat 40 sena ħabs fuq il-qtil wara li d-difiża mmexxija mill-Avukat Stefano Filletti u l-Avukat Kevin Valletta li qed imexxi l-prosekuzzjoni f’isem l-Avukat Ġenerali qablu ma’ din il-piena, li ngħatat it-Tlieta, wara nofs inhar.

Iż-żewġt irġiel kienu nqatlu kiesaħ u biered fit-18 ta’ Awwissu tal-2020 ’diveri tiri ta’ arma tan-nar. Kollox kienu jindika li dan l-omiċidju seħħ waqt pjan ta’ serqa fl-istess residenza f’Tas-Sliema. Dwar dan l-omiċidju se jgħaddu ġuri Daniel Muka mill-Albanija u Viktor Dragomanski mill-Maċedonja ta’ Fuq.

Christian Pandolfina kien nqatel b’ħames tiri ta’ arma tan-nar fosthom wieħed f’għonqu waqt li s-sieħeb tiegħu nqatel b’tir wieħed f’wiċċu.Kien it-Tnejn filgħodu waqt seduta quddiem l-Imħallef Natasha Galea Sciberras li t-tliet akkużati fil-qtil kienu preżenti.

Kien ippjanat li l-ġuri kien se jsir tat-tlieta flimkien u mhux b’mod separat. Madankollu l-Qorti ħadet konjizzjoni tan-nota preżentata mill-Avukat ta’ Jesper Kristiansen fejn ġie spjegat li sar il-ftehim bejn il-partijiet li jgħid li huwa kien se jammetti s-sehem tiegħu f’dan il-qtil doppju.

L-akkużat ikkonferma lill-Qorti u ammetta formalment l-akkużi miġjubin kontrih bil-Qort. Huwa ġie ordnat ukoll iħallas l-ispejjeż tal-esperti mqabbda mill-Qorti, li jammontaw għal ftit aktar minn 21,000 u skwalifika ta’ liċenzja ta’ arma għal perjodu ta’ ħames snin.

Kristiansen issa jrid jixhed li fil-każ ta’ Muka u Dragomanski meta terġa’ tinfetaħ il-kumpilazzjoni. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat Kevin Valletta mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li l-Avukati Stefano Filletti u Roberto Montalto qed jidhru għal Kristiansen. L-Avukati Joe Giglio u Michela Giglio qed jidhru għall-qraba taż-żewġ vittmi.