Lokali Qorti

Kundannati aktar persuni b’rabta mal-qerq fil-benefiċċji soċjali

Komplew jitressqu aktar persuni b’rabta mal-iskema tal-Labour tal-benefiċċji soċjali bi tnejn minn nies oħra jingħataw sentenza sospiża. Il-Qorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello ordnat raġel u mara jirrifondu bejniethom aktar minn €36,000 lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali wara li ammettew li ħadu benefiċċji soċjali b’qerq.

Spirdione Nappa, ta’ 42 sena, minn ħ’Attard ammetta li bejn Jannar 2019 u Settembru 2023 iffroda lid-Diaprtiment tas-Sigurtà Soċjali u lill-Gvern ta’ Malta €18,759. F’każ separat Amanda Jane Mangion, ta 43 sena, mill-Fgura ammettiet li bejn Jannar 2019 u Awwissu 2023 ffrodat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u lill-Gvern Malti €17,881.

Minbara li ordnatilhom jirrifondu l-flus li ħadu, il-Maġistrat Montebello kkundannathom sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Andy Rotin u Wayne Rodney Borg. L-eks backbencher Laburista Silvio Grixti ssemma’ minn ħafna mill-akkużati bħala l-persuna li għal snin sħaħ għen lil mijiet ta’ nies sabiex jirċievu benefiċċji ta’ diżabilità li ma kinux intitolati għalihom – flus li daħħlu fil-but tagħhhom, kull xahar, b’mod frawdolenti.

EWvidenza tindika li Grixti, li huwa tabib tal-familja, ipprovda dokumenti mediċi foloz lil persuni, li ġeneralment kienu ġejjin minn distretti meqjusa bħala Laburisti. Dan sabiex jirċievu ħlas ta’ madwar €450 fix-xahar f’benefiċċji soċjali; racket li ssokta anke fl-2020, taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela.

Ħareġ ukoll minn dawk li tressqu li ħafna minnhom kienu jirranġaw mid-dipartiment tal-customer care f’Kastilja. Għadu mhux magħruf meta se jitressqu l-Qorti dawk li organiżżaw it-teħid tal-benefiċċji soċjali permezz ta’ frodi.