Lokali Parlament

Kwalità tal-arja ħażina li qed tikkaġuna mard respiratorju u imwiet


Darren Carabott, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fil-parlament li l-kwalità tal-arja ħażina qed tikkaġuna mard respiratorju u mwiet.


Hu qal li l-mard respiratorju qed iwassal għal diversi mard li qed iwasslu biex in-nies jgħixu inqas. Id-deputat Nazzjonalista kkundanna l-mod kif viċin il-gvern jitpoġġew f’kargi pubbliċi flok jitpoġġew nies li verament jistgħu jagħtu kontribut f’dan ir-rigward.


Darren Carabott semma’ Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera u qal li l-pjan tal-gvern li f’dan il-ġnien issir kafetterija iżda imbagħad irtirat wara l-oġġezzjonijiet tan-nies.


Hu semma’ l-problema tat-tankijiet taż-żejt fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara fejn il-gvern kien qed jipproponi li dawn jitpoġġew fil-Marsa. Il-gvern għadu mhux jispjega l-pożizzjoni tiegħu u lanqas jekk għadux jinsisti li dawn isiru offshore.


Darren Carabott qal li d-dritt fundamentali għal ambjent san, nadif u sostenibbli għandu jiddaħħal fil-kostituzzjoni għaliex bħalissa l-ambjent jinsab fil-kostituzzjoni biss fejn ma jistax ikun infurzat.


Id-deputat Nazzjonalista appella biex il-proposti tal-Oppożizzjoni jitressqu b’iktar frekwenza fil-parlament. Hu kompla li f’dan l-abbozz hemm proposta biex meta jkun hemm mandat ta’ inibizzjoni jkun hemm dritt li l-NGOs u ċ-ċittadini jkollhom id-dritt li jinfurzaw.


Darren Carabott appella biex l-ambjent ma jintużax mill-politiċi biex jidhru sbieħ iżda bi twemmin biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Hu appella wkoll biex dan l-abbozz dwar il-protezzjoni għall-ambjent jidħol b’unanimità.


Id-deputat Nazzjonalista appella biex il-gvern iwettaq il-wiegħda li Triq Reġjonali tissaqqaf għaliex l-emissjonijiet mit-traffiku qed jikkaġuna diffikultajiet għar-residenti li joqgħdu f’din iż-żona.