Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Gerch insista li l-Ispeaker jintervjeni dwar rapport qarrieqi mill-PBS ta’ diskors li hu għamel fil-parlament fis-seduta parlamentari ta’ nhar it-Tlieta li għadda.
F’dik is-seduta, l-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar it-twaqqif tal-Awtorità dwar il-Klima.
Meta ressaq il-ksur ta’ privileġġ, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech irrifera għar-rappurtaġġ tal-PBS tal-bieraħ dwar id-diskors tiegħu fil-parlament u qal li l-PBS kien irraporta dan id-diskors billi għawġu u ġabu jinftiehem bil-maqlub ta’ dak li qal. Fil-fatt il-PBS għawweġ il-fatti billi qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien sostna li t-tibdil fil-klima hu ostaklu għat-tkabbir ekonomiku. Dan hu propju l-oppost ta’ dak li hu qal fil-parlament.
Bernard Gerch talab li l-Ispeaker jinvestiga dan il-każ.