Il-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Net Media se tkompli tissaħħaħ bi preparazzjoni għall-appuntamenti elettorali ta’ Ġunju li ġej. Dan sabiex inkomplu nwasslu l-aqwa servizz, mhux biss fuq it-televiżjoni, ir-radju u l-gazzetti iżda wkoll fuq il-pjattaformi online li minn xahar għall-ieħor qed ikomplu jikbru fil-popolarità.
Is-sena li għaddiet, kellna aktar minn 5 miljun click fuq l-istejjer ta’ Net News – u l-mira hi li dan is-suċċess inkomplu inkabbruh.
Il-kumpanija Net Media qed tfittex persuni li għandhom entużjażmu jaħdmu f’dan is-settur, b’interess speċifiku fuq il-ġurnaliżmu u l-pubblikazzjoni ta’ stejjer u kontenut li jinteressa lin-nies.
L-applikazzjonijiet għal ġurnalisti full time u part time jintlaqgħu sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
//= $special ?>