Jannik Sinner tela’ fit-tielet post fir-ranking fil-klassifika mondjali wara li għeleb lil Alex de Minaur f’żewġ sets u rebaħ l-Open ta’ Rotterdam.
Sinner, rebbieħ tal-Open tal-Awstralja sar it-tennist bl-għola ranking fl-istorja tat-tennis għall-Italja wara li għeleb lin-numru 11 tad-dinja De Minaur f’żewġ sets 7-5 6-4.
Dan huwa t-12-il titlu fil-karriera għal Sinner li ta’ 22 sena, sa issa rebaħ 15-il partita konsekuttiva.
It-Taljan ilu ma jitlef mit-telfa straight-set kontra Novak Djokovic fil-finali tal-ATP Tour f’Novembru.
De Minaur sa issa tilef is-seba’ partiti li lagħab kontra Sinner li huwa wkoll eks sieħeb fid-doubles.
//= $special ?>