Rebħa minima ta’ 1-0 għal Inter fuq Atletico Madrid fl-ewwel leg tal-fażi tal-aħħar sittax. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat minn Marko Arnautovic fid-79 minuta wara pass ta’ Lautaro Martinez.
Fil-partita l-oħra draw ta’ 1-1 bejn PSV u Borussia Dortmund. Il-Ġermaniżi fil-vantaġġ minn Donyell Malen qabel Luke De Jong kiseb id-draw mill-ħdax-il metru.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum: Inter v A. Madrid 1-0, PSV v B. Dortmund 1-1
Għada: Porto v Arsenal 9.00pm, Napoli v Barcelona 9.00pm