“Sta għal kull Ministeru li jassigura li l-fondi allokati mill-Miniseru tal-Finanzi lil kull Ministeru ta’ kull sena…imħabbra fl-estimi tal-budget…jintefqu bl-aħjar mod possibli.”
Sostna dan il-Ministru Clyde Caruana f’korrispondenza f’e-mail ma’ Net News meta l-Ħadd waranofsinhar bgħatnilu sensiela ta’ domandi b’rabta mat-tberbiq esaġerat bil-barka tal-Ministru Clayton Bartolo.
Dan hekk kif staqsejna lil Caruana kif jiġġustifika l-ħlas ta’ €120,000 lill-preżentatur u komiku Brittaniku David Walliams sabiex ippreżenta l-Malta Film Awards ta’ sentejn ilu.
Matul intervista li saritlu tul il-jum tas-Sibt il-Ministru Clayton Bartolo ta x’jifhem li n-nefqa u l-overbudgeting f’avvenimenti b’rabta mal-Malta Film Commission waslu kollha kemm huma bil-barka tal-Ministru Clyde Caruana…tant u hekk li skont hu l-Malta Film Awards li oriġinarjament kellhom budget allokat ta’ €400,000 …laħqu s-somma ta’ €1.3miljun bil-barka tal-Ministru tal-Finanzi.
“Kif kien €400,000 oriġinarjament? .. tkompli miexja ‘il quddiem”
Għaldaqstant staqsejnih għal liema raġuni hu ta l-barka biex dan iseħħ…staqsejnih ukoll kemm ġie jiswa l-Mediterrane Film Festival….la darba l-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo ilu iwiegħed li se jħabbar iċ-ċifra għal dawn l-aħħar 5 xhur.
U finalment, staqsejna lil Ministru Caruana jekk tax il-barka tiegħu u fuq liema bażi biex il-Kummissarju tal-Films Johann Grech jingħata żieda ta’ €90,000….għas-somma kumplessiva ta’ €600,000 f’4 snin.
Bil-Ministru iweġibna li sta għal Ministeru biex jonfoq b’mod għaqli.
Jumejn wara Net News mar jistaqsi lil Clyde Caruana jekk din iż-żieda …b’paga ta’ €12,500 hiex skont hu l-aktar mod għaqli li jintefqu l-flus….b’Caruana iwieġeb b’mod mill-aktar skomdu
Net News staqsa lil Caruana jeskludix li hemm aktar persuna fil-qalba tal-Gvern Laburista li qed jaqilgħu dawn il-mijiet ta’ eluf ta ewro fis-sena waqt li n-nies qed iħabbtu wiċċhom mal-inflazzjoni…bl-MEA tappella biex jieqaf jintaxxa l-għajnuna tal-COLA….bil-Ministru jisħaq li hu jista’ jitkellem biss għal Ministeru tiegħu.