Il-Gvern qed jgħid li fl-Armier mhu se jitpoġġa’ ebda konkos. Dan wara l-furur li qam fuq il-media soċjali minħabba ritratti li ġew ippublikati mill-Moviment Graffitti.
Fil-fatt, sorsi oħra qed jindikaw li dan ix-xogħol kien qed isir biex titneħħa xi alka u titnaddaf il-bajja – ħidma li ssir regolarment fil-bajjiet.
Aktar kmieni
Skont rapporti jidher li hemm xi gafef fir-ramla l-kbira tal-Bajja tal-Armier li qed imexxu u jneħħu r-ramel sabiex il-bajja tinkesa bil-konkrit.
Ix-xogħlijiet li saru s’sissa, huma kompletament illegali u qed issru bla permess, barra min hekk fil-proċess tax-xogħlijiet li saru s’issa saret ħsara estensiva lill-għaram tar-ramel, li huwa ħabitat rari u protett.
Barra minn hkk, it-tqegħid ta’ konkrit ġol bajjiet bħall-Armier ipoġġi l-integrità tal-bajja sħiħa f’riskju.
//= $special ?>