L-Istati Uniti rċiviet kritika kbira miċ-Ċina, wara li fl-aħħar sigħat, eżerċitat l-veto għal abbozz ieħor ta’ riżoluzzjoni li ressqet l-Alġerija, li jsejjaħ għal waqfien mill-ġlied immedjat f’Gaza għal raġunijiet umanitarji.
Beijing qal li dan il-vot mill-Istati Uniti jagħti messaġġ ħażin, u jwassal għal iktar imwiet, waqt li minn naħa tagħha l-White House qalet li l-proposta li ressqet l-Alġerija setgħet tfixkel il-possibiltà ta’ tmiem il-gwerra.
Intant 13-il pajjiż ivvotaw favur il-proposta tal-Algerija fil-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti, waqt li r-Renju Unit astjena milli jivvota.
//= $special ?>