Issa għaddew sitt ijiem mit-tieni protesta li saret mill-bdiewa fejn matulha ġew ippreżentati sensiela ta’ proposti sabiex il-Gvern jindirizza immedjatament l-isfidi li qed jaffacjaw. Iżda, minkejja li f’żewġ okkażjonijiet, il-bdiewa urew ir-rabja tagħhom …kollox jindika li l-Gvern weħel, u għadu ma għamel xejn.
Mistoqsi dwar dawn il-proposti, il-Ministru responsabbli mill-Agrikoltura, Anton Refalo qal li dawn għadhom qed jiġu diskussi – tant illi sa issa, jidher li ma ntlaħaq l-ebda qbil mal-bdiewa. Dan minkejja l-ħafna kliem sabiħ minn naħa tal-Ministru.
Il-proposti li ġew ippreżentati lill-Gvern għandhom l-għan ewlieni li tittaffa d-daqqa li diversi liġijiet qed jikkawża. Dan apparti li qed jappellaw biex il-prodott lokali ikun stmat hekk kif ammont kbir ta’ frott u ħaxix qed jiġi impurat minn pajjiżi terzi li jużaw fertilizzant li ilu li nqata’ mill-Ewropa tal-inqas 30 sena.
Il-bdiewa għamlu wkoll talba ċara biex l-awtoritajiet jisimgħu dak li huma qed jgħidu u biex meta tkun se tgħaddi xi liġi huma jkunu ikkonsultati; hekk kif huma jafu sew dak li qiegħed jiġri f’dan is-settur.
//= $special ?>