Lokali Parlament

Il-gvern ma ntervjeniex fejn hemm l-aktar bżonn fis-sigurtà f’ċertu lokalitajiet


Darren Carabott, PN


Id-Deputat Nazzjonalista u Shadow Minister tal-Oppożizzjoni dwar l-Intern Darren Carabott qal fl-Aġġornament tal-parlament li fil-ħames lokalitajiet fejn l-aktar kien hemm problemi dwar is-sigurtà, il-gvern baqa’ ma intervjeniex għaliex il-problemi fihom baqgħu u kibru.


Hu tkellem dwar l-impenn li juru l-membri tal-korpi dixxiplinati u semma’ każi ta’ intervent mill-pulizija fi ġlieda fil-Ħamrun u l-intervent tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili quddiem il-ħajt li kkollassa f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira.


Hu rrikonoxxa wkoll il-korpi dixxiplinati kollha fosthom l-Forzi Armati Maltin u l-uffiċjali pubbliċi għall-ħidma li jwettqu fis-soċjetà.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li dawn l-impenji jikkontrasta bil-kbir man-nuqqas ta’ impenn tal-Kummissarju tal-pulizija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fosthom fuq il-Vitals, fuq il-fordi tal-benefiċċji soċjali, fuq l-iskandli fi Trasport Malta, fuq l-iskandlu fl-Awtorità tal-Gaming u fuq il-każ tal-Pilatus.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-aktar ħames lokalitajiet li kellhom reati fl-2022 kienu l-istess bħal dawk fl-2023. Dan juri li fejn kien hemm bżonn li jsir intervent fil-fatt ma sarx.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern ma intervjeniex fejn verament kien hemm bżonn għaliex hemm bżonn li jittieħdu l-azzjonijiet. Il-Kummissarju tal-Pulizija jindirizza dawn il-kwistjonijiet u jaqdi lill-poplu Malti.


Darren Carabott semma’ Ħondoq ir-Rummien u qal li kien Gvern Laburista li kien qed jipproponi l-iżvilupp fil-post.