Lokali

Il-Kap tal-PN Bernard Grech jilqa’ fil-Parlament liċ-ċkejkna Selah

“Fl-għajnejn innoċenti ta’ Selah rajt it-traġedja li ġarrbet hi u eluf ta’ tfal Palestinjani. It-tbissima misruqa tagħha tislet tama ta futur aħjar. Kburi li l-poplu ħanin Malti għaraf jgħinha.”

Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech wara laqgħa li kellu mat-tifla Palestinjana ta’ 3 snin li nġiebet Malta biex tingħata kura.

Hu stqarr li “ma nistgħux inwarrbu ħarsitna mit-traġedji ta’ ebda poplu speċjalment tat-tfal. Kemm jekk qed jissieltu għall-ħajja fuq l-art u kemm jekk fuq wiċċ il-baħar.”