Lokali

“Irridu l-aqwa deċiżjonijiet fl-aħjar interess tal-pajjiż” – Bernard Grech

“Il-Partit Nazzjonalista jkollu sett ta’ valuri li kontinwament jgħinuna biex nieħdu l-aqwa deċiżjonijiet fl-aħjar tal-pajjiż.”

Kien dan li wiegħed il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech waqt il-programm Spotlight li xxandar l-Erbgħa fuq Net Television.

Bernard Grech kien qed jitkellem dwar in-nuqqas ta’ serjetà minn membri Laburisti li qed imexxu lil pajjiżna, b’riżultat li spiċċa jbati kulħadd, b’mod speċjali fl-għoli tal-ħajja.

B’Bernard Grech jgħid li l-Gvern Laburista jeħtieġ jibda jaħseb fil-futur tal-poplu Malti kollu.

“Int ma tistax tibqa’ tħares lejn ir-roqa tiegħek. Ejjew nifhmu li barra r-roqa tiegħek, qed taqla’ kemm qed taqla’ flus, hemm realtà, hemm pajjiż, hemm poplu, u hemm l-futur ta’ uliedek, hemm l-futur tal-għeżież tiegħek.”

Iżda minflok, il-Gvern Laburista spiċċa billi ħoloq klima ta’ abbużi.

“Il-klima ta’ impunità ħolqot klima ta’ nies li jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu bi flus il-poplu.”

Il-Kap tal-PN għamel ukoll referenza għas-serq tal-miljuni ta’ ewro fuq l-isptarijiet Maltin li tħallew mitluqin.

“Il-Gvern ħela f’konfoffa ma’ kriminali, u dan għandna t-timbru tal-Qorti, flus il-poplu Malti u Għawdxi fuq il-barranin. U Robert Abela jagħmel minn kollox biex ma nġibu lura dawn il-flus biex ma jweġġax xi ħadd u jinqaras hu.”

Mistoqsi dwar il-Kunsilli Lokali, Bernard Grech qal li hu fil-Gvern se jkun qed jassigura li jkollhom iktar poter.

“Il-Kunsilli lokali għandhom ikollhom iktar fondi għax nemmnu li kull kunsillier li jiġi elett, joħorġu biex jagħmlu l-ġid.”