Futbol Sport

Liverpool jegħlbu lil Luton f’Anfield

(Ritratt: EPA)

Liverpool dawwru telfa f’rebħa f’darhom meta għelbu lil Luton Town 4-1, biex b’hekk fetħu vantaġġ ta’ 4 punti f’ras il-klassifika.

Kienu Luton li fetħu l-iskor fit-12-il minuta permezz ta’ Chiedozie Ogbene.

Liverpool kisbu d-draw fis-56 minuta b’gowl ta’ Virgil van Dijk, b’Cody Gakpo jitfagħhom fil-vantaġġ żewġ minuti wara.

Liverpool għamluhom tlieta fil-71 minuta permezz ta’ Luis Diaz, biex fid-90 minuta kien Harvey Elliott li għamel l-iskor finali 4-1.

PREMIER LEAGUE

Liverpool v Luton 4-1