Il-Qorti tal-Maġistrat ċaħdet talba li saret mid-difiża ta’ Roderick Cassar mixli bil-qtil ta’ martu Bernice sabiex il-provi fil-konfront tiegħu jieqfu sakemm tiġi deċiża l-kawża kostituzzjonali li qed tattakka l-liġi tal-femiċidju.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Anne Marie Thake li quddiemha se jitkomplew il-proċeduri fid-dawl tal-fatt li l-Maġistrat Joe Mifsud li kien qed jisma’ l-kumpilazzjoni, ġie appuntat bħala Maġistrat tal-Inkjesti qalet fid-deżiżjoni tagħha li sakemm il-Qorti Kostituzzjonali ma tagħtix direzzjoni lill-Qorti tal-Maġistrat biex twaqqaf il-proċeduri, se tkompli tisma’ l-ġbir tal-provi.
Cassar jinsab mixli li fit-22 ta’ Novembru 2022 qatel lil martu b’tiri ta’ arma tan-nar f’Kordin waqt li kienet sejra għax-xogħol f’Raħal Ġdid. Huwa qed iwieġeb mhux ħati għal dan il-qtil. Fost l-akkużi kontrih hemm dik tal-femiċidju.
Cassar qed jgħid ukoll li filwaqt li hu presunt innoċenti, il-liġi attwali qegħda toħnoqlu d-dritt sagrosant li jressaq difiża skont il-liġi u dana in kwantu li tipprekludih milli jirrikorri għal linja difensjonali altrimenti applikabbli f’xenarji komparabbli – ossia l-invokar tal-iskużanti tal-passjoni istantanja.
Fil-bidu tas-seduta tal-Erbgħa, l-Avukati Franco Debono u Jacob Magri f’isem l-akkużat talbu lill-Qorti li jkun għaqli li qabel ma jissokktaw il-proċeduri, jkun għaqli li jkun hemm eżitu tal-Imħallef Anna Felice, li quddiemha qed jinstemgħu l-proċeduri dwar il-femiċidju, li skont id-difiża, jmur kontra d-drittijiet tal-bniedem.
L-Avukat Franco Debonoi qal li l-femiċidju hija liġi ġdida u li minn dak iż-żmien ‘l hawn li Roderick Cassar intavola ir-rikors kostituzzjonali kien hemm każ ieħor li ntalbet referenza fuq il-femiċidju. Hu qal li d-difiża talbet li jixhed l-eks Imħallef Giovanni Bonello fil-kawża kostituzzjonali, li hija liġi ġdida fejn qatt ma ġiet ittestjata fil-Qorti Kostituzzjonali.
L-Avukat Angelle Vella, f’isem l-Avukat Ġenerali oġġezzjonat bil-qawwa kollha għat-talba tad-difiża, fejn qalet li l-kawa kostituzzjonali li ġiet intavolata f’Mejju tas-sena l-oħra, bħala xhud li ttella sa issa biss rappreżentat tal-Parlament.
Saħħqet li d-difiża ma tellgħu lil ħadd iktar, ħlief xhud wieħed biss u li t-talba biex jiġu sospiżi l-proċeduri qed issir biex jittawwal iż-żmien. L-Avukat Vella qalet ukoll li r-referenza li saret fuq każ ieħor dwar ir-reat ta’ femiċidju kienet miċħuda.
L-Avukat Franco Debono qal li d-difiża qed tagħmel xogħolha u għandha dritt li id-dritt li tintavola proċeduri kostituzzjonali, Il-Qorti qalet li wara li semgħet il-partijiet fid-dawl tal-fatt li ma kien hemm l-ebda ordni mill-Qorti Kostituzzjoni li hbux se ssir l-edba detminazzjoni fil-mertu tal-każ, l-Qorti ċħadet it-talba għas-sospensjoni u dejjem salv għal kull ordni li tista’ tingħata l-quddiem mill-Qorti Kostituzzjonali fil-futur.
Kien hemm qbil mill-partijiet li qed jeżantaw lill-partijiet milli tisma x-xhieda li diġa xehedu quddiem Qorti diversament preseduta. Xehdet wara d-deputat reġistratur Stephania Calafato Testa, fejn ippreżenat dokumeti li juru li fis- 27 ta’ Lulju 2022 kien sar rikors u fid-19 ta’ Lulju 2022, ingħata digiet mill-Maġistrat Lara Lanfranco u verbal inkluż l-ordni ta’ protezzjoni fil-konfront ta’ Bernice Cassar.
L-Ispetturi Shawn Pawney u Paul Camilleri qed imexxu l-prosekuzzjoni, mgħejjuna mill-Avukat Angelle Vella mill-Uffiċċju tal-AĠ. Għall-akkużat qegħdin jidhru l-Avukat Franco Debono, Arthur Azzopardi, Marion Camilleri u Jacob Magri. L-Avukati Marita Pace Dimech u Ann Marie Cutajar qegħdin jidhru bħala parte civile għall-familja tal-vittma. Il-każ ikompli fis-7 ta’ Marzu li ġej, fl-9.45am.
//= $special ?>