Lokali Qorti

Mixlija li serqu flus u oġġetti minn supermarket

Victor Vujovic ta’ 19 il-sena mis-Serbja u Angel Svakjaroski ta’ 22 sena mill-Maċedonja ammettew li fi 17 u 19 ta’ Frar serqu flus kontanti u oġġetti minn supermarket fil-Mellieħa. Huma ammettew ukoll li mingħajr il-biża li joqtlu jew jqiegħdu l-ħajja ta’ ħaddiehor f’periklu ċar, ħebbew u kkaġunaw grieħi ta’ natura ħafifa fuq raġel.

Għall-akkużi miġjubin fil-konfront tagħhom, it-tnejn wieġbu li huma ħatja. Id-difiża qalet li s-sentenza għandha tkun riflessa fuq l-fatt li l-akkużati ammettew fi stadju bikri tal-proċeduri.

Il-Magistrat Astrid May Grima qalet li se tkun qed tagħti s-sentenza l-Ħamis, 22 ta’ Frar, fid-9 am. . Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Godwin Scerri u l-avukat mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali Joseph Azarov. Għalihom deher l-avukat tal-għajnuna legali Mark Mifsud Cutajar.