Futbol Sport

UCL: Porto jaħsdu lil Arsenal b’gowl fl-aħħar minuta tal-partita

(Ritratt: EPA)

F’Estadio do Dragao Porto ħasdu lil Arsenal hekk kif għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0, bil-gowl jasal fl-aħħar minuta tal-partita. B’Arsenal prattikament jiddominaw il-partita bil-pusses tal-ballun, huma ftit li xejn kienu perikolużi lejn il-lasti ta’ Porto. Biex fl-94 minuta tal-partita kien Wenderson Galeno li bi ġmiel ta’ gowl għeleb lil David Raya għal vantaġġ ta’ 1-0, li se jieħdu magħhom fit-tieni leg fl-Emirates Stadium.

Intant fil-partita l-oħra draw ta’ 1-1 bejn Napoli u Barcelona. Barcelona marru fil-vantaġġ fis-60 minuta b’gowl ta’ Robert Lewandowski qabel fil-75m minuta kien in-Niġerjan Victor Osimhen li kiseb id-draw importanti għal Napoli.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Illum: Porto v Arsenal 1-0, Napoli v Barcelona 1-1

UEFA EUROPA LEAGUE

Għada: Freiburg v Lens 6.45pm, Qarabag v Braga 6.45pm, Rennes v Ac Milan 6.45pm, Toulouse v Benfica 6.45pm, Marseille v S’Donetsk 9.00pm, Roma v Feyenoord 9.00pm, S.Prague v Galatasaray 9.00pm, Sporting v Y.Boys 9.00pm

UEFA CONFERENCE LEAGUE

Għada: Bodo v Ajax 6.45pm, D.Zagreb v R.Betis 6.45pm, Ludogrets v Servette 6.45pm, E.Frankfurt v U.St.Gilliose 9.00pm, Ferencvaros v Olympiacos 9.00pm, L.Warszawa v Molde 9.00pm, S.Bratislava v S.Graz 9.00pm