Internazzjonali

Żewġt irġiel akkużati bil-qtil ta’ mara li sfat maqtula waqt is-Super Bowl Parade

Dominic Miller u Lyndell Mays, ġew akkużati bil-qtil ta’ persuna waqt is-Super Bowl Parade f’Kansas City, fejn mara sfat maqtula u 22 persuna oħra midruba, wara li nqala argument bejn dawn l-istess żewġ persuni.

Il-Prosekutur Jean Peters Baker, waqt konferenza tal-aħbarijiet qal. li dawn iż-żewġt irġiel qed jiġu akkużati bi qtil, żewġ akkużi ta’ attivita kriminali u użu illegali ta’ arma.

Il-prosekuzzjoni spjegat li Mays daħal f’argument u ħareġ arma tan-nar, sussegwetament numru a’ persuni oħra ukoll ħarġu armi tan-nar , inkluz Miller li huwa s-suspetat ewlieni bil-qtil ta’ Lisa Lopez Galvan ta’ 43 sena.

Il-familja ta’ Lopez Galvan qalu li huma grati li żewġ persuni ġew arrestati, u li l-Pulizija qed jagħmluha prijorità tagħhom li ssir ġustizja ma’ Lisa.

Intant dawn iż-żewġt irġiel qed ikunu akkużati u mixlija f’każ differenti minn dak ta’ żewġ żgħażagħ li kienu arrestati aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet, wara li irreżistew l-arrest waqt is-Super Bowl Parade.