Internazzjonali

Il-Ġermanja: Arrestat wara attakk fi skola li rriżulta fl-istudenti feruti

Talanqas ħames studenti ndarbu minn daqqiet ta’ sikkina u mqass waqt attakk li seħħ dalgħodu fi skola sekondarja, fil-belt ta’ Wuppertal. L-aggressur ukoll spiċċa mweġġa’ waqt l-attakk u maż-żmien spiċċa arrestat mill-pulizija li wieġbu minnufih għall-emerġenza.

L-awtoritajiet mhuma qed jeskludu l-ebda skop wara l-attakk – b’rapport mhux ikkonfermat mill-gazzetta Bild itenni li l-vittmi kienu sfaw attakkati minn kollega tal-klassi.

Filwaqt li ħafna mid-dettalji ma kenux ċari, jidher li, fil-ħin tal-attakk, l-istudenti, ħafna minnhom adolexxenti, imbarraw ruħhom fil-klassijiet fl-iskola ta’ Wilhelm-Dörpfeld u waqt li l-pulizija reaġġixxiet għall-inċident.

Ladarba s-sitwazzjoni spiċċat taħt kontroll, il-pulizija evakwaw l-istudenti mill-iskola, bil-midruba jittieħdu lejn l-isptar għal trattament. L-istudenti l-oħra, intant, spiċċaw trawmatizzati mill-inċident, bl-investigazzjonijiet tal-pulizija fuq il-post qegħdin ikomplu.