Lokali Parlament

Isabelle Bonnici tgħid li dalwaqt għandhom joħorġu r-rakkomandazzjonijiet mill-Inkjesta Pubblika

Waqt il-konferenza b’rabta mal-ġustizzja soċjali Isabelle Bonnici – omm Jean Paul Sofia – qalet li l-Inkjesta Pubblika lesta u se tkun ppubblikata fiż-żmien li ġej. Hawnhekk, hija qalet li tittama li wara dawn ir-rakkomandazzjonijiet jonqsu l-fatalitajiet u l-inċidenti f’siti ta’ kostruzzjoni.

Fl-intervent tagħha hija fakkret li kienet battalja twila sabiex waslet sa dan il-punt u kien propju bis-saħħa tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll bl-appoġġ li sabet mill-poplu sabiex Robert Abela għamel U-turn u ħatar Inkjesta Pubblika b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia.

Hija qalet li se tkompli taħdem sakemm fl-istatistika ta’ inċidenti u fatalitajiet f’siti ta’ kostruzzjoni jonqsu drastikament bil-għan li l-ebda persuna ma tgħaddi mill-istess dulur li għaddiet minnu hi.