L-Isqof Awstraljan Christopher Saunders qed ikun akkużat dwar stupru u sensiela ta’ reati sesswali – uħud minnhom kontra t-tfal – li jmorru lura s-snin.
Hu kien arrestat f’nofs il-ġimgħa fil-belt ta’ Broome wara investigazzjonijiet ordnati mill-Pulizija fl-Istat ta’ Western Australia kif ukoll mill-Papa Franġisku.
Min-naħa tiegħu, Saunders – li hu fost l-ogħla uffiċjali tal-Knisja Kattolika li qatt kellu jwieġeb għal akkużi ta’ din in-natura — indika li se jikkuntesta l-akkużi miġjuba kontra tiegħu.
L-allegati reati seħħew bejn l-2008 u l-2014 fi Broome u Kununurra kif ukoll fil-komunità ta’ Kalumburu għall-Aboriġini. Intant, l-Isqof ingħata l-libertà proviżorja fuq pledge u bil-kundizzjoni li hu jibqa’ residenti fid-dar tiegħu sa dakinar tas-smigħ li jmiss, li hu programmat għal Ġunju.
//= $special ?>