Lokali

L-eks direttur tal-V18 iqajjem mill-ġdid kontroversja partiġġjana

Mario Philip Azzopardi uża l-paġna ta’ Facebook ta’ ‘Staġun Teatru Malti’ sabiex jimbotta ‘l quddiem il-propaganda Laburista, b’attakki fuq il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

Azzopardi, li hu direttur artistiku u jaħdem fid-dinja tal-palk u t-televiżjoni, qed jinstiga biex in-nies jinżlu fit-toroq. Apparti minn hekk, qed ikompli mar-retorika li fl-aħħar jiem ġiet imbuttata b’qerq minn Robert Abela u n-nies tiegħu fil-Labour – fosthom, Karl Stagno Navarra.

Fost l-invenzjonijiet li irrepeta Mario Philip Azzopardi kien hemm dik li Malta għandha tidħol fi gwerra mar-Russja.

Taħt il-post li kiteb fuq Facebook – anke fuq il-profil tiegħu stess – kien hemm min qalu li l-Labour, f’Malta jitkellem mod imbgħad fuq livell Ewropew jaqbel ma’ Roberta Metsola.