Internazzjonali

Qorti Amerikana tiddikjara li l-embrijuni iffriżati huma tfal

Deċiżjoni meqjusa bħala storika mill-Qorti Superma ta’ Alabama, illi ddikjarat li l-embrijuni friżati “huma tfal”, u min b’mod aċċidentali jeqred embrijun friżat jista’ jinżamm responsabbli.

Din id-deċiżjoni wasslet sabiex diversi sptarijiet jissospendu, għalissa, is-servizzi tal-IVF.

Esperti mediċi qed jgħidu li dan ir-ruling tal-Qorti Suprema jaf ikollu ħafna riperkussjonijiet negattivi -għalkemm din id-deċiżjoni ma tirrestrinġix il-proċess tal-IVF u lanqas tfisser projbizzjoni fuq din il-proċedura medika.