Namirakom, napprezakom u kburi bikhom.
Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, meta matul il-jum tal-Ġimgħa kellu l-opportunità li jiltaqa’ mat-tim Nazzjonali tal-futbol ta-nisa.
Matul din il-laqgħa Bernard Grech, irringrazzja lit-tim kollu tal-isforz kbir li qed jagħmlu sabiex jiksbu r-riżulati pożitivi bħal ma kien ir-riżultat li kisbu meta lagħbu kontra l-Latvja biex b’hekk huma rebħu l-grupp tal-UEFA Women’s Nations League u ġew promossi għal League B ta’ dan il-kampjonat.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal ukoll li l-logħba tal-futbol hija logħba li tirrekjedi l-isforz tat-tim kollu, u għalhekk kull membru tat-tim huwa parti minn dan is-suċċess.
Bernard Grech qal ukoll li bħala missier hu jifhem l-isforzi u s-sagrifiċji li jkollhom jagħmlu il-ġenituri biex jaraw lil uliedhom jirnexxu – u għalhekk irringrazzja lilhom ukoll.
Matul din il-laqgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalsita kellu wkoll l-opportunità li jitkellem b’mod personali ma’ kull plejer Maltija, kif ukoll mal-captain tat-tim Nazzjonali li preżentat lil Bernard Grech gear tal-futbol iffirmat mit-tim kollu.
Il-Kap tal-PN sab il-ħin ukoll sabiex jitkellem mal-kowċ tat-tim Nazzjonali ta’ Malta li minn naħa tagħha fissret kemm hija kburija bit-tim tan-nisa.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej f’isem il-Partit Nazzjonalista David Agius.
//= $special ?>