Lokali

Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari fil-Marsa

Raġel, li l-identitá tiegħu għadha mhix magħrufa, qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fil-Marsa.

 L-inċident seħħ aktar kmieni llum wara nofsinhar għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart, fiż-Żona Industrijali tal-Marsa.

Il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.