Nhar il-Ħadd 24 ta’ Marzu, il-Pageant Group Marija Reġina Marsa se jtella’ Pageant fit-toroq tal-Marsa li tibda fil-5pm bil-ħruġ mill-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina fi Triq Nerik Sacco.
Il-Pageant jibda bi ġrajjiet mill-ħajja ta’ Kristu fosthom il-mirakli li għamel Ġesu u d-dħul f’Ġerusalem nhar Ħadd il-Palm, li jkun segwit bil-parata tas-suldati Rumani u l-kundanna għall-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.
Matul din il-Pageant wieħed se jkun jista’ jara wkoll għadd ta’ personaġġi mit-Testment il-Ġdid u dak l-Antik li bil-vestwarju tagħhom ser isebbħu t-toroq Marsin u jdaħluna aktar fl-atmosfera tal-Ġimgħa Mqaddsa.
VITA CHRISTI – Wirja Artistika, ta’ xogħol maħdum bil-melħ ikkulurit
Apparti dan fit-tmien ta’ din il-Pageant, il-Group se jkun qed itella’ rappreżentazzjoni ħajja tat-tisliba li tinkludi l-mewt u l-qawmien ta’ Kristu, fi Triq Azzopardi proprju quddiem id-Dar Parrokkjali.
Ma’ din il-Pageant se jieħdu sehem ukoll il-First Marsa Scouts Group, il-Banda Rumana kif ukoll iż-żewġ baned Marsin, dik ta’ Marija Reġina kif ukoll tat-Trinita Qaddisa.
Apparti l-Pageant, l-Group se jtella’ Wirja Artistika li tikkonsisti f’ xogħol bil-melħ fuq platti u nkwadri li juru simboli u pitturi relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa.
Din il-Wirja tista tigi apprezzata fis-Sala ‘Marija Reġina’ li tinsab quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina fi Triq Nerik Sacco, mis-17 ta’ Marzu sa Sibt il-Għid.
Aktar dettalji rigward dawn iż-żewġ attivitajiet jistgħu jinkisbu mill-paġna tal-Group fuq Facebook.
//= $special ?>