Lokali

Il-Ħadd li ġej: Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qalb in-nies fil-lokalità tal-Mellieħa

Ritratt: Martin Agius

Nhar il-Ħadd li ġej il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ser ikun qed jagħmel żjara fil-Mellieħa. Din hija parti miż-żjarat li qed jagħmel Bernard Grech, fejn kull nhar ta’ Ħadd qed jiltaqa’ mar-residenti f’lokalitajiet differenti.

Hu ser ikun qed jieħu din l-opportunità biex jitkellem mal-pubbliku u jisma’ dak li huma jixitiequ jaqsmu miegħu, hekk kif ninsabu ftit xhur biss ‘il bogħod mill-Elezzjonijiet tal-Kunsill kif ukoll mill-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej.

Fil-11am Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jkun intervistat minn Mario Xuereb, Ġurnalist u Manager Special Projects tal-PBS fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista.

Intant, wara l-intervista l-Kap tal-Partit Nazzjonalista ser ikun qed jindirizza bosta temi fosthom l-għoli tal-ħajja u l-inflazzjoni, ma dawk preżenti fil-Każin.