L-Armenja ffriżat il-parteċipazzjoni tagħha fil-blokk tas-sigurtà immexxi mir-Russja u fejn insistiet li dan il-patt ħadem kontra l-interessi tal-Armeni.
Il-patt inkwistjoni jismu l-Organizzazzjoni għal Trattat Kollettiv tas-Sigurtà u l-Prim Ministru Armen, Nikol Pashinyan, esprima diżappunt dwar l-impatt ta’ dan għal pajjiżu.
Pashinyan qal ukoll li l-Ażerbajġan — li fl-aħħar 30 sena ġġieled żewġ gwerer mal-Armenja — mhux jirrispetta l-prinċipji meħtieġa għal trattat ta’ paċi fit-tul: u fejn wissa wkoll li ‘l-Ażeri, bħalissa, anki qed iħejju għal attakk ġdid’.
Il-Prim Ministru Armen, intant, insista li t-Trattat Kollettiv, partikularment fl-2021 u l-2022, ma laħaqx it-tragwardi għad-difiża tal-Armenja – bil-Gvern f’Yerevan, issa, jinsab determinat li jiżvela l-verità tas-sitwazzjoni.
Madankollu, l-Armenja mhix tippjana biex tagħlaq bażi tar-Russi fl-artijiet tagħha u li hi suġġetta għat-trattati differenti.
//= $special ?>