Futbol Sport

Lazio jegħlbu lil Torino barra minn darhom

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Olimpico Grande Torino, Lazio għelbu lil Torino 2-0.

Wara serje ta’ riżultati negattivi, Lazio kisbu tlett punti barra minn darhom b’żewġ gowls fit-tieni taqsima f’temp ta’ ħames minuti. Rebħa li permezz tagħha Lazio telgħu fis-7 post b’40 punt u fl-istess waqt qabżu lil Fiorentina.

Bil-logħob ikun pjuttost maqsum matul l-ewwel taqsima b’Milinkovic Savic u Ivan Provedel iżommu l-iskor intatt, l-andament matul it-tieni taqsima kien għal kollox differenti.

Fil-51 minuta Lazio fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Luis Alberto kienMatteo Guendouzi li għeleb lil Vanja Milinkovic Savic. Ebda reazzjoni minn Torino b’Lazio approfittaw u immedjatament irduppjaw. Fis-56 minuta mill-ġdid azzjoni ta’ Luis Alberto b’ Danilo Cataldi ma’ jfallix 2-0 .

Fid-79 minuta Federico la Penna kecca lil Mario Gila ta’ Lazio wara ammonizzjoni doppja.