AC Milan għaddew għar-round ta’ 16 fl-Europa League minkejja telfa ta’ 3-2 f’Rennes fit-tieni leg tal-playoff tagħhom nhar il-bieraħ.
Milan, li rebħu 3-0 f’San Siro il-ġimgħa li għaddiet, eliminaw lill-avversarju Franċiż tagħhom fuq skor aggregate ta’ 5-3. Milan, li huma seba’ darbiet champions Ewropej, qatt ma rebħu l-Europa League, jew il-predeċessur tagħha, it-Tazza UEFA.
Bourigeaud skorja fil-11-il minuta b’xutt minn ’il fuq minn 20 metru biex għeleb lill-goalkeeper Mike Maignan.
Luka Jović ġab id-draw 10 minuti wara b’daqqa ta’ ras minn cross tal-captain Theo Hernández.
Bourigeaud għamilhom 2-1 kmieni fit-tieni taqsima minn penalty iżda Rafael Leão ġab id-draw wara erba’ minuti minn azzjoni personali.
Bourigeaud għeleb lil Maignan għat-tielet darba fil-partita biex għamilhom 3-2 minn penalty ieħor.
Europa League
Freiburg v Lens 3-2
Qarabag v Braga 2-3
Rennes v Milan 3-2
Toulouse v Benfica 0-0
Roma v Feyenoord 1-1 (Roma jirbħu bil-penalties)
Marseille v Shakhtar 3-1
Sp. Prague v Galatasaray 4-1
Sporting v Young Boys 1-1
Conference League
Gent v M. Haifa 1-1
Bodo/Glimt v Ajax 1-2
D. Zagreb v Betis 1-1
Ludogorets v Servette 0-1
Eintracht v Union SG 1-2
Ferencvaros v Olympiacos 0-1
Legia v Molde 0-3
Slovan v Sturm Graz 0-1
//= $special ?>